+Artikolu 85 (5)
|
Artikolu 85 (5)
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Sal-5 ta’ Lulju 2022, u mbagħad kull erba’snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 76(6) tad-Direttiva (UE) 2024/1788.”
; |
|
(b)
|
il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5. Fuq talba ta’ awtorità regolatorja waħda jew aktar jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-ACER għandha tagħti opinjoni fattwali rigward il-konformità ta’ deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (UE) 2024/1789, id-Direttiva (UE) 2019/944, jew id-Direttiva (UE) 2024/1788, jew ma’ dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta’ dawk ir-regolamenti jew direttivi, jew mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1938.”
; |
|
(c)
|
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
“9a. L-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji, fir-rigward tal-metodoloġiji għall-istabbiliment tal-allokazzjoni intertemporali tal-kostijiet skont l-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1789.
L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji, fir-rigward tal-bażijiet tal-assi regolatorji skont l-Artikolu 5(6), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1789.
9b. L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass skont l-Artikolu 21(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789.
9c. L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu skont l-Artikolu 55(8) tar-Regolament (UE) 2024/1789.
9d. L-ACER għandha tippubblika rapporti ta’ monitoraġġ dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni skont il-punt 2.2.1(2) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789.”
; |
|
(d)
|
il-paragrafu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-ACER għandu jkollha l-kompetenza li tadotta deċiżjonijiet individwali dwar kwistjonijiet regolatorji li jkollhom effetti fuq il-kummerċ transfruntier jew is-sigurtà tas-sistemi transfruntiera li jeħtieġu deċiżjoni konġunta ta’ mill-anqas żewġ awtoritajiet regolatorji, meta dawk il-kompetenzi jkunu ġew konferiti lill-awtoritajiet regolatorji skont wieħed mill-atti ġuridiċi li ġejjin:
|
(a)
|
att leġiżlattiv tal-Unjoni adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja;
|
|
(b)
|
il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u r-reviżjonijiet sussegwenti ta’ dawk il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida;
|
|
(c)
|
il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;
|
|
(d)
|
il-linji gwida skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789; jew
|
|
(e)
|
il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 71 sa 74 tar-Regolament (UE) 2024/1789.”
|
; |
|
(ii)
|
fit-tieni subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(a)
|
meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jilħqux ftehim fi żmien sitt xhur mir-riferiment tal-każ lill-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji jew fi żmien erba’ xhur fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew tal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;”
|
;
|
|
(iii)
|
it-tielet u r-raba’ subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:
“L-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistgħu jitolbu, b’mod konġunt, li l-perjodu msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġi estiż b’perjodu sa sitt xhur, ħlief fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
Meta l-kompetenzi biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjonijiet transfruntiera msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu ġew ikkonferiti lill-awtoritajiet regolatorji f’kodiċijiet tan-network jew linji gwida ġodda msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti delegati wara l-4 ta’ Lulju 2019, l-ACER għandha tkun kompetenti biss fuq bażi volontarja skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fuq talba minn mill-inqas 60 % tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti. Meta jkunu involuti żewġ awtoritajiet regolatorji biss, kwalunkwe waħda minnhom tista’ tirreferi l-każ lill-ACER.”
; |
|
|
(e)
|
fil-paragrafu 12, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(a)
|
għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien sitt xhur mid-data tar-riferiment, jew fi żmien erba’ xhur minnha fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788; u”
|
;
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|