4. Meta awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx distinta legalment minn fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda minnu biex jiżgura li l-awtorità superviżorja nazzjonali tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 u għandu jiddokumenta kif tinkiseb l-indipendenza, filwaqt li juri l-effettività ta’ tali indipendenza. Għal dan il-għan, fejn l-awtorità superviżorja nazzjonali u l-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru huma parti mill-istess amministrazzjoni, l-awtorità superviżorja nazzjonali ma għandhiex tfittex jew tieħu struzzjonijiet minn livell ġerarkiku ta’ dik l-amministrazzjoni li jkollha awtorità fuq il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, sa fejn huma kkonċernati l-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 5 u d-deċiżjonijiet relatati.