+Artikolu 4 Ħatra, stabbiliment u rekwiżiti dwar l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7
---+Artikolu 4 8
|
Artikolu 4 Ħatra, stabbiliment u rekwiżiti dwar l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-Istati Membri, b’mod konġunt jew b’mod individwali, għandhom jaħtru jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala l-awtorità superviżorja nazzjonali tagħhom biex twettaq il-kompiti assenjati lil tali awtorità b’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha teżerċita s-setgħat tagħha b’mod imparzjali, indipendenti u trasparenti u għandha tkun organizzata, mgħammra bil-persunal, ġestita u ffinanzjata kif xieraq.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ikunu indipendenti minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, mil-lat organizzattiv, ġerarkiku u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u għandhom ikunu jew legalment jew funzjonalment distinti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ma għandu jkollhom ebda setgħa ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-allokazzjoni tal-baġits tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Dment li tali indipendenza tkun garantita, awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tkun parti mill-istess ministeru jew amministrazzjoni nazzjonali bħal fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Meta awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx distinta legalment minn fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda minnu biex jiżgura li l-awtorità superviżorja nazzjonali tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 u għandu jiddokumenta kif tinkiseb l-indipendenza, filwaqt li juri l-effettività ta’ tali indipendenza. Għal dan il-għan, fejn l-awtorità superviżorja nazzjonali u l-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru huma parti mill-istess amministrazzjoni, l-awtorità superviżorja nazzjonali ma għandhiex tfittex jew tieħu struzzjonijiet minn livell ġerarkiku ta’ dik l-amministrazzjoni li jkollha awtorità fuq il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, sa fejn huma kkonċernati l-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 5 u d-deċiżjonijiet relatati.
|
|
Artikolu 4 5
|
5. Ma’ awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tingħaqad awtorità regolatorja oħra, bħal awtorità kompetenti nazzjonali jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (19), dment li d-deċiżjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lill-awtorità superviżorja nazzjonali skont dan ir-Regolament jittieħdu indipendentement minn kompiti oħra kkonferiti lill-awtorità konġunta. F’dak il-każ, l-awtorità konġunta għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ indipendenza stipulati f’dan l-Artikolu.
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tkun rappreżentata fi kwistjonijiet relatati mal-kompiti stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament b’mod li jiżgura l-indipendenza tad-deċiżjonijiet tagħha.
|
|
Artikolu 4 6
|
6. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar ir-reklutaġġ ta’ uffiċjali pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tagħhom, inkluż il-persunal temporanju, jiġi reklutat permezz ta’ proċessi ta’ reklutaġġ ċari u trasparenti, li jiżguraw l-indipendenza tagħhom u għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jintgħażel abbażi ta’ kwalifiki speċifiċi, inkluż kompetenza xierqa u esperjenza rilevanti, jew ikun soġġett għal taħriġ xieraq, għat-twettiq effettiv tal-kompiti stipulati fl-Artikolu 5.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jevitaw kunflitti ta’ interess għall-persunal, inkluż persuni li jieħdu deċiżjonijiet li jeżerċitaw is-setgħat stipulati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, sabiex l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti stipulati fl-Artikolu 5 b’mod indipendenti.
|
|
Artikolu 4 7
|
7. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu l-kompiti stipulati fl-Artikolu 5 b’mod effiċjenti u f’waqthom.
|
|
Artikolu 4 8
|
8. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tagħhom, u bil-bidliet li jsirulhom, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|