1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru fuq bażi esklussiva fi blokok speċifiċi tal-ispazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom. b’mod individwali jew kollettiv, jiddeżinjaw fornitur wieħed jew aktar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. L-Istati Membri għandu jkollhom setgħat diskrezzjonali meta jiddeżinjaw fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, bil-kundizzjoni li tali fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3).