+Artikolu 8 Deżinjazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6

Artikolu 8 Deżinjazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru fuq bażi esklussiva fi blokok speċifiċi tal-ispazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom. b’mod individwali jew kollettiv, jiddeżinjaw fornitur wieħed jew aktar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. L-Istati Membri għandu jkollhom setgħat diskrezzjonali meta jiddeżinjaw fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, bil-kundizzjoni li tali fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3).

Artikolu 8 2

2.   Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikollhom ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew dikjarazzjoni valida skont l-Artikolu 41(5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali;

(c)

ikollhom il-post tan-negozju prinċipali tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru; u

(d)

aktar minn 50 % tagħhom ikun jappartjeni lill-Istati Membri jew liċ-ċittadini tal-Istati Membri u huma effettivament ikkontrollati minnhom, kemm direttament jew indirettament permezz ta’ impriża intermedja waħda jew aktar, għajr jekk ikun previst mod ieħor fi ftehim ma’ pajjiż terz li l-Unjoni tkun parti għalih.

Permezz ta’ deroga mill-punti (c) u (d), Stat Membru jista’ jiddeżinja fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li l-post tan-negozju prinċipali tiegħu jkun jinsab f’pajjiż terz jew li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet dwar is-sjieda u l-kontroll stipulati fil-punt (d) biex jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru f’parti limitata tal-ispazju tal-ajru fir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru fejn dik il-parti tal-ispazju tal-ajru tkun biswit spazju tal-ajru fir-responsabbiltà ta’ dak il-pajjiż terz.

Artikolu 8 3

3.   Id-deżinjazzjoni ta’ fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ma għandha tkun soġġetta għall-ebda kundizzjoni li teżiġi li dak il-fornitur:

(a)

ikun proprjetà diretta jew permezz ta’ parteċipazzjoni maġġoritarja tal-Istat Membru tad-deżinjazzjoni jew taċ-ċittadini tiegħu;

(b)

ikollu l-post prinċipali tal-operazzjoni jew l-uffiċċju reġistrat tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru tad-deżinjazzjoni; jew

(c)

juża biss il-faċilitajiet fl-Istat Membru tad-deżinjazzjoni,

meta l-applikazzjoni ta’ tali kundizzjoni timplika restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew tal-libertà tal-istabbiliment li ma tkunx iġġustifikata fid-dawl ta’ objettiv leġittimu ta’ interess ġenerali, bħall-ordni pubbliku, is-sigurtà jew is-sikurezza pubblika, u ma tkunx proporzjonata għal dak l-objettiv.

Artikolu 8 4

4.   Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw id-drittijiet u l-obbligi li jridu jissodisfaw il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ddeżinjati f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-obbligi jistgħu jinkludu kundizzjonijiet għall-provvista f’waqtha ta’ informazzjoni rilevanti li tippermetti l-identifikazzjoni tal-movimenti kollha ta’ inġenji tal-ajru fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 8 5

5.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw perjodikament id-drittijiet u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 4 u l-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u mir-Regolament (UE) 2018/1139, jew kull meta jidentifikaw bidliet rilevanti fil-forniment tas-servizzi, u, jekk jitqies meħtieġ, għandhom jieħdu deċiżjonijiet xierqa rigward id-deżinjazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati, mingħajr preġudizzju għall-kontinwità tas-servizz.

Artikolu 8 6

6.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien b’kull deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dan l-Artikolu rigward id-deżinjazzjoni ta’ fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi blokok speċifiċi tal-ispazju tal-ajru fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.