3. Id-deżinjazzjoni ta’ fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ma għandha tkun soġġetta għall-ebda kundizzjoni li teżiġi li dak il-fornitur:
|
(a)
|
ikun proprjetà diretta jew permezz ta’ parteċipazzjoni maġġoritarja tal-Istat Membru tad-deżinjazzjoni jew taċ-ċittadini tiegħu;
|
|
(b)
|
ikollu l-post prinċipali tal-operazzjoni jew l-uffiċċju reġistrat tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru tad-deżinjazzjoni; jew
|
|
(c)
|
juża biss il-faċilitajiet fl-Istat Membru tad-deżinjazzjoni,
|
meta l-applikazzjoni ta’ tali kundizzjoni timplika restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew tal-libertà tal-istabbiliment li ma tkunx iġġustifikata fid-dawl ta’ objettiv leġittimu ta’ interess ġenerali, bħall-ordni pubbliku, is-sigurtà jew is-sikurezza pubblika, u ma tkunx proporzjonata għal dak l-objettiv.