2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tal-ajruporti, jew grupp ta’ operaturi tal-ajruporti, jakkwistaw servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-ajrudrom u/jew servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-avviċinament skont kundizzjonijiet tas-suq. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu mingħand l-operaturi tal-ajruporti ġustifikazzjoni xierqa li dan jippermetti li jkun hemm gwadann mil-lat ta’ kwalità tas-servizz għall-benefiċċju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jinżamm il-livell meħtieġ ta’ sikurezza.