6. Ir-riżultat tal-istudju msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jipprovdi l-informazzjoni essenzjali għall-Kummissjoni biex tiddetermina jekk għandhiex tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48(3), biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-modulazzjoni tal-imposti en route biex tħeġġeġ lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jappoġġaw titjib fil-prestazzjoni klimatika u ambjentali, bħall-użu tal-aktar rotot effiċjenti fl-użu tal-fjuwil disponibbli, użu akbar ta’ teknoloġiji alternattivi ta’ propulsjoni nadifa, inkluż fjuwils alternattivi sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell ottimali ta’ sikurezza.