3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(1), il-Kummissjoni għandha tikkondividi r-riżultati tal-investigazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat u, fejn adatt, mal-fornituri kkonċernati tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 u l-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar jekk kienx hemm konformità minn dak l-Istat Membru mal-Artikoli 21 sa 27 u 29 sa 32 u mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 28 u 33. Hija għandha tinnotifika din l-opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat.