3. Meta, b’mod partikolari fid-dawl tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri, ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew, il-Kummissjoni għandha tadotta, fil-limiti tal-politika komuni tat-trasport u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu tali kundizzjonijiet uniformi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).