+Artikolu 45 Użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
---+Artikolu 45 4

Artikolu 45 Użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1

1.   Filwaqt li jqisu il-karatteristiċi u n-natura ta’ attivitajiet militari f’kull Stat Membru kif ukoll l-organizzazzjoni tal-materji militari taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew, biex jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport u, fejn adatt, b’konsistenza mal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

Artikolu 45 2

2.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru, fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport, fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 45 3

3.   Meta, b’mod partikolari fid-dawl tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri, ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew, il-Kummissjoni għandha tadotta, fil-limiti tal-politika komuni tat-trasport u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu tali kundizzjonijiet uniformi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Artikolu 45 4

4.   F’każijiet ta’ diffikultajiet operazzjonali sinifikanti fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu li jfixklu s-salvagwardja ta’ interessi essenzjali tas-sigurtà jew tad-difiża, l-Istati Membri jistgħu jissospendu temporanjament din l-applikazzjoni bil-kundizzjoni li jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan. Wara l-introduzzjoni ta’ sospensjoni temporanja, jistgħu jiġu żviluppati l-aġġustamenti għar-regoli adottati skont il-paragrafu 3 għall-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat. Is-sospensjoni temporanja u kwalunkwe aġġustament bħal dan għandhom jitneħħew meta dawk id-diffikultajiet operazzjonali ma jibqgħux jeżistu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.