10. B’deroga mill-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, qabel it-tieni kampanja ta’ kampjunar u kampanji sussegwenti, li ma jwettqux kejl ġdid tal-ħamrija għal deskrittur tal-ħamrija f’parti mit-territorju tagħhom jew fit-territorju kollu tagħhom jekk ikun raġonevoli u ġustifikat li jkun mistenni, abbażi ta’ data miġbura preċedentement skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 6, 7 u 8, u abbażi tal-użu ta’ evidenza xjentifika, inkluż mudelli predittivi tal-ħamrija, bl-appoġġ ta’ ammont statistikament sinifikanti ta’ data fuq il-post, f’termini ta’ kopertura ġeografika u temporali, li l-valur ta’ tali deskrittur tal-ħamrija ma jkunx inbidel b’mod sinifikanti mill-aħħar ċiklu ta’ monitoraġġ f’dak li jirrigwarda l-inċertezza tal-kejl. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din mingħajr dewmien żejjed.
Id-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika fir-rigward tat-twettiq ta’ kejl tal-ħamrija għall-istess deskrittur fuq żewġ kampanji konsekuttivi ta’ kampjunar.