+Artikolu 12 Prinċipji ta’ mitigazzjoni tat-teħid tal-art
---+Artikolu 12 (a)
---+Artikolu 12 (b)

Artikolu 12 Prinċipji ta’ mitigazzjoni tat-teħid tal-art

Mingħajr ma jaffettwaw l-awtonomija tal-Istati Membri fir-rigward tal-ippjanar spazjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipji li ġejjin jitqiesu fil-każ ta’ ssiġillar tal-ħamrija jew tneħħija tal-ħamrija ġodda bħala parti mit-teħid tal-art, fil-livell spazjali adattat fit-territorju tagħhom:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 (a)

jevitaw jew inaqqsu kemm jista’ jkun it-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi servizzi tal-ekosistema, inkluż il-produzzjoni tal-ikel, billi:

(i)

inaqqsu, kemm jista’ jkun, iż-żona tal-ħamrija affettwata mill-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, b’mod partikolari billi jitħeġġeġ l-użu mill-ġdid u l-adattament ta’ ħamrija ssiġillata għal skop ġdid, bħal bini eżistenti;

(ii)

jagħżlu żoni fejn it-telf tas-servizzi tal-ekosistema jkun minimu, b’mod partikolari żoni b’ħamrija degradata b’mod gravi, bħal art abbandunata; u

(iii)

iwettqu l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija b’mod li jimminimizza l-impatt negattiv fuq il-ħamrija, b’mod partikolari billi tiġi protetta l-ħamrija tal-madwar jew billi jinżamm l-issiġillar tal-ħamrija kemm jista’ jkun riversibbli;

Artikolu 12 (b)

jimmiraw li jikkumpensaw sa punt raġonevoli t-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi servizzi tal-ekosistema, inkluż permezz tar-ritorn ta’ servizzi tal-ekosistema billi titħeġġeġ it-tneħħija tal-issiġillar ta’ ħamrija ssiġillata u r-rikostruzzjoni ta’ żoni li għaddew minn tneħħija tal-ħamrija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.