3. Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi:
|
(a)
|
biex jipprovdu kummenti dwar l-istabbiliment u l-applikazzjoni konkreta tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali msemmi fil-paragrafu 2;
|
|
(b)
|
biex jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a), bħal bijomonitoraġġ uman jew data ta’ monitoraġġ ambjentali minn proġetti ta’ riċerka;
|
|
(c)
|
biex jipprovdu informazzjoni bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru msemmija fl-Artikolu 17.
|
Il-kummenti pprovduti taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu kkunsidrati meta l-Istati Membri jistabbilixxu u japplikaw l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali.