3. Għal kull sit ikkontaminat li jkun instab li huwa kkontaminat wara investigazzjoni skont l-Artikolu 15 jew bi kwalunkwe mezz ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit għall-użu attwali u ppjanat tal-art biex jiddeterminaw jekk is-sit ikkontaminat jippreżentax riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Jekk l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 15 tkun biżżejjed biex jiġi konkluż li l-kontaminazzjoni tal-ħamrija ma tikkostitwixxix riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jew biex jiġi konkluż li hija meħtieġa riabilitazzjoni tal-ħamrija, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma titwettaqx valutazzjoni tar-riskji speċifika għas-siti.