+Artikolu 16 Valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit u ġestjoni ta’ siti kkontaminati
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6

Artikolu 16 Valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit u ġestjoni ta’ siti kkontaminati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit ta’ siti kkontaminati. Meta jistabbilixxu tali metodoloġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-fażijiet u l-prinċipji msemmija fl-Anness V.

Artikolu 16 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżulta minn siti kkontaminati, billi jqisu l-għarfien xjentifiku eżistenti, l-opinjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-ispeċifiċitajiet lokali, u l-użu attwali u ppjanat tal-art.

Artikolu 16 3

3.   Għal kull sit ikkontaminat li jkun instab li huwa kkontaminat wara investigazzjoni skont l-Artikolu 15 jew bi kwalunkwe mezz ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit għall-użu attwali u ppjanat tal-art biex jiddeterminaw jekk is-sit ikkontaminat jippreżentax riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Jekk l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 15 tkun biżżejjed biex jiġi konkluż li l-kontaminazzjoni tal-ħamrija ma tikkostitwixxix riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jew biex jiġi konkluż li hija meħtieġa riabilitazzjoni tal-ħamrija, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma titwettaqx valutazzjoni tar-riskji speċifika għas-siti.

Artikolu 16 4

4.   Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit imsemmija fil-paragrafu 3, jew tal-konklużjoni li hija meħtieġa riabilitazzjoni tal-ħamrija, li tintlaħaq f’konformita’ ma’ dak il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu u jiġu implimentati l-miżuri xierqa tat-tnaqqis tar-riskju, mingħajr dewmien żejjed, biex inaqqsu għal livell aċċettabbli r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Artikolu 16 5

5.   Meta jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskju, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jimmiraw għad-dekontaminazzjoni tal-ħamrija, inkluż il-prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni ulterjuri, iqisu l-kostijiet fit-tul, il-benefiċċji, l-effettività, id-durabbiltà u l-fattibbiltà teknika tal-miżuri disponibbli għat-tnaqqis tar-riskju. Il-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju jistgħu jikkonsistu mill-miżuri msemmija fl-Anness IV.

Artikolu 16 6

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21 biex tadatta l-Annessi IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.