1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija, il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, dment li tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
ikollhom interess suffiċjenti;
|
|
(b)
|
iżommu l-indeboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru tirrikjedi tali indeboliment bħala prekundizzjoni.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt, u għandhom jagħmlu dan b’mod konsistenti mal-objettiv li l-pubbliku jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja. Għal dan l-għan, l-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies suffiċjenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a). Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li kapaċi jiġu indeboliti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b).