+Artikolu 23 Aċċess għall-ġustizzja
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
|
Artikolu 23 Aċċess għall-ġustizzja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija, il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, dment li tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
ikollhom interess suffiċjenti;
|
|
(b)
|
iżommu l-indeboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru tirrikjedi tali indeboliment bħala prekundizzjoni.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt, u għandhom jagħmlu dan b’mod konsistenti mal-objettiv li l-pubbliku jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja. Għal dan l-għan, l-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies suffiċjenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a). Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li kapaċi jiġu indeboliti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b).
|
|
Artikolu 23 2
|
2. Il-proċedura ta’ rieżami ma għandhiex tkun tiddependi fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Il-proċedura ta’ rieżami għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u mhux għalja b’mod projbittiv, u għandha tipprovdi mekkaniżmi ta’ rimedju adegwati u effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|