|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Id-data tal-API għandha wkoll tikkonsisti biss mill-informazzjoni li ġejja dwar it-titjira b’rabta mat-titjira ta’ kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ:
(a)
in-numru ta’ identifikazzjoni tat-titjira jew, meta t-titjira jkollha l-kodiċi kondiviż bejn trasportaturi bl-ajru, in-numri ta’ identifikazzjoni tat-titjira, jew, jekk ma jkun jeżisti l-ebda numru bħal dan, mezzi oħra ċari u xierqa li bihom tiġi identifikata t-titjira;
(b)
fejn applikabbli, il-punt ta’ qsim tal-fruntiera tad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru;
(c)
il-kodiċi tal-ajruport tal-wasla jew, meta t-titjira tkun ippjanata li tinżel l-art f’ajruport wieħed jew f’diversi ajruporti fit-territorji ta’ Stat Membru wieħed jew aktar li għalihom japplika dan ir-Regolament, il-kodiċijiet tal-ajruporti tal-waqfa fit-territorji tal-Istati Membri kkonċernati;
(d)
il-kodiċi tal-ajruport tat-tluq tat-titjira;
(e)
il-kodiċi tal-ajruport tal-punt inizjali tal-imbark, meta applikabbli;
(f)
id-data u l-ħin lokali tat-tluq;
(g)
id-data u l-ħin lokali tal-wasla;
(h)
id-dettalji ta’ kuntatt tat-trasportatur bl-ajru;
(i)
il-format użat għat-trasferiment tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|