+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
---+Artikolu 4 10.
---+Artikolu 4 11.
---+Artikolu 4 12.

Artikolu 4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
It-trasportaturi bl-ajru għandhom jiġbru d-data tal-API ta’ kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ fuq it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2, biex dik id-data tiġi ttrasferita lir-router f’konformità mal-Artikolu 5. Meta t-titjira jkollha l-kodiċi kondiviż bejn trasportaturi bl-ajru, huwa t-trasportatur tl-ajru li jopera t-titjira li għandu jkollu l-obbligu li jittrasferixxi d-data tal-API.
Artikolu 4 2.

Id-data tal-API għandha tikkonsisti biss mid-data li ġejja relatata ma’ kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ fuq it-titjira:

(a) 

il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel isem jew l-ismijiet (l-ismijiet mogħtija);

(b) 

id-data tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità;

(c) 

it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;

(d) 

id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(e) 

in-numru li jidentifika reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri użat minn trasportatur bl-ajru biex isib passiġġier fis-sistema ta’ informazzjoni tiegħu (lokalizzatur tar-rekords tal-PNR);

(f) 

l-informazzjoni dwar is-seating li tikkorrispondi għas-seat fl-inġenju tal-ajru assenjat lil passiġġier, meta tali informazzjoni tkun disponibbli;

(g) 

in-numru jew numri tat-tag(s) tal-bagalji u l-għadd ta’ bagalji u l-piż tal-bagalji rreġistrati fiċ-check-in, meta tali informazzjoni tkun disponibbli;

(h) 

kodiċi li jindika l-metodu użat biex tinġabar u tiġi vvalidata d-data msemmija fil-punti (a) sa (d).

Artikolu 4 3.

Id-data tal-API għandha wkoll tikkonsisti biss mill-informazzjoni li ġejja dwar it-titjira b’rabta mat-titjira ta’ kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ:

(a) 

in-numru ta’ identifikazzjoni tat-titjira jew, meta t-titjira jkollha l-kodiċi kondiviż bejn trasportaturi bl-ajru, in-numri ta’ identifikazzjoni tat-titjira, jew, jekk ma jkun jeżisti l-ebda numru bħal dan, mezzi oħra ċari u xierqa li bihom tiġi identifikata t-titjira;

(b) 

fejn applikabbli, il-punt ta’ qsim tal-fruntiera tad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru;

(c) 

il-kodiċi tal-ajruport tal-wasla jew, meta t-titjira tkun ippjanata li tinżel l-art f’ajruport wieħed jew f’diversi ajruporti fit-territorji ta’ Stat Membru wieħed jew aktar li għalihom japplika dan ir-Regolament, il-kodiċijiet tal-ajruporti tal-waqfa fit-territorji tal-Istati Membri kkonċernati;

(d) 

il-kodiċi tal-ajruport tat-tluq tat-titjira;

(e) 

il-kodiċi tal-ajruport tal-punt inizjali tal-imbark, meta applikabbli;

(f) 

id-data u l-ħin lokali tat-tluq;

(g) 

id-data u l-ħin lokali tal-wasla;

(h) 

id-dettalji ta’ kuntatt tat-trasportatur bl-ajru;

(i) 

il-format użat għat-trasferiment tad-data.

Artikolu 4 4.
It-trasportaturi bl-ajru għandhom jiġbru d-data tal-API b’tali mod li d-data tal-API li jittrasferixxu f’konformità mal-Artikolu 5 tkun akkurata, kompluta u aġġornata. Il-konformità ma’ dan l-obbligu ma tirrikjedix li t-trasportaturi bl-ajru jivverifikaw id-dokument tal-ivvjaġġar fil-mument tal-imbark tal-inġenju tal-ajru, mingħajr preġudizzju għal -liġi nazzjonali li huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 4 5.
Dan ir-Regolament ma jimponix obbligu fuq il-passiġġieri li jġorru dokument tal-ivvjaġġar meta jivvjaġġaw, mingħajr preġudizzju għal atti legali oħra tal- -Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 4 6.
Stat Membru jista’ jimponi obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru biex jipprovdu l-possibbiltà li l-passiġġieri jtellgħu b’mod volontarju d-data msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2025/12 b’mezzi awtomatizzati u biex tali data tinħażen mit-trasportatur bl-ajru bil-ħsieb li tiġi ttrasferita d-data għall-finijiet ta’ titjiriet futuri f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament u b’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4, 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu. Stat Membru li jimponi tali obbligu għandu jistabbilixxi r-regoli u s-salvagwardji dwar il-protezzjoni tad-data, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, inklużi r-regoli dwar il-perjodu tal-ħżin. Madankollu, id-data għandha titħassar meta l-passiġġier ma jibqax jagħti l-kunsens tiegħu għall-ħżin tad-data, jew mhux aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar.
Artikolu 4 7.
It-trasportaturi bl-ajru għandhom jiġbru d-data tal-API msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d) bl-użu ta’ mezzi awtomatizzati biex tinġabar id-data li tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-passiġġier ikkonċernat. Huma għandhom jagħmlu dan f’konformità mar-rekwiżiti tekniċi dettaljati u mar-regoli operazzjonali msemmija fil-paragrafu 12, ladarba tali regoli jkunu ġew adottati u jkunu applikabbli.

Meta t-trasportaturi bl-ajru jipprovdu proċess ta’ check-in online, huma għandhom jippermettu lill-passiġġieri jipprovdu d-data tal-API msemmija fil-pargrafu 2, il-punti (a) sa (d) b’mezzi awtomatizzati matul dan il-proċess taċ-check-in online. Meta l-passiġġieri ma jagħmlux iċ-check-in online, jenħtieġ li t-trasportaturi bl-ajru jippermettu lil dawk il-passiġġieri jipprovdu d-data tal-API b’mezzi awtomatizzati matul iċ-check-in fl-ajruport bl-assistenza ta’ kiosk self-service jew ta’ persunal tat-trasportatur bl-ajru mal-bank taċ-check-in.

Meta l-użu ta’ mezzi awtomatizzati ma jkunx teknikament possibbli it-trasportaturi bl-ajru għandhom eċċezzjonalment jiġbru d-data tal-API msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), manwalment, jew bħala parti miċ-check-in online jew bħala parti miċ-check-in fl-ajruport, b’tali mod li tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 4.

Artikolu 4 8.
Kwalunkwe mezz awtomatizzat użat mit-trasportaturi bl-ajru għall-ġbir tad-data tal-API skont dan ir-Regolament għandu jkun affidabbli, sigur u aġġornat. It-trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw li d-data tal-API tiġi kriptata matul it-trażmissjoni ta‘ tali data mingħand il-passiġġier għal għand it-trasportaturi bl-ajru.
Artikolu 4 9.
Matul il-perjodu tranżitorju, u flimkien mal-mezzi awtomatizzati msemmija fil-paragrafu 7, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jippermettu lill-passiġġieri li jipprovdu d-data tal-API manwalment bħala parti miċ-check-in online. F’tali każijiet, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jużaw it-tekniki ta’ verifika tad-data sabiex jiżguraw il-konformità mal-paragrafu 4.
Artikolu 4 10.
Il-perjodu tranżitorju msemmi fil-paragrafu 9 ma għandux jaffettwa d-dritt tat-trasportaturi bl-ajru li jivverifikaw fl-ajruport qabel l-imbark tal-inġenju tal-ajru d-data tal-API miġbura bħala parti miċ-check-in online sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 4, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.
Artikolu 4 11.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, sa minn erba’ snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet tar-router fir-rigward tad-data tal-API msemmija fl-Artikolu 34, u abbażi ta’ evalwazzjoni tad-disponibbiltà u aċċessibbiltà ta’ mezzi awtomatizzati għall-ġbir tad-data tal-API, att delegat f’konformità mal-Artikolu 43 biex jintemm il-perjodu tranżitorju msemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4 12.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 43 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u r-regoli operazzjonali meħtieġa għall-ġbir tad-data tal-API msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), ta’ dan l-Artikolu, bl-użu ta’ mezzi awtomatizzati f’konformità mal-paragrafi 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll għall-ġbir manwali tad-data tal-API f’ċirkostanzi eċċezzjonali f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u matul il-perjodu tranżitorju msemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu. Dawk ir-rekwiżiti tekniċi u r-regoli operazzjonali għandhom jinkludu rekwiżiti għas-sigurtà tad-data u għall-użu tal-aktar mezzi awtomatizzati affidabbli disponibbli biex għall-ġbir tad -data li tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.