+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.

Artikolu 5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
It-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-data kriptata tal-API lir-router b’mezzi elettroniċi, għall-finijiet tat-trażmissjoni tagħha lill-PIUs f’konformità mal-Artikolu 12. It-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-data tal-API f’konformità mar-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ladarba tali regoli jkunu ġew adottati u jkunu applikabbli.
Artikolu 5 2.
Meta jadottaw miżuri skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/681, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li t-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu kwalunkwe data oħra tal-PNR li jiġbru fil-kors normali tan-negozju tagħhom esklużivament lir-router, skont il-protokolli komuni u l-formati tad-data stabbiliti skont l-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 5 3.

It-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-data tal-API:

(a) 

għall-passiġġieri:

(i) 

għal kull passiġġier fil-mument taċ-check-in, iżda mhux qabel 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat tat-titjira; u

(ii) 

għall-passiġġieri kollha mbarkati immedjatament wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri ladarba l-passiġġieri jkunu mbarkawl-inġenju bl-ajru bi tħejjija għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli għall-passiġġieri li jimbarkaw jew jitilqumill-inġenju tal-ajru;

(b) 

għall-membri kollha tal-ekwipaġġ immedjatament wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri ladarba l-ekwipaġġ ikun abbord l-inġenju tal-ajru bi tħejjija għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli għalihom li jitilqu mill-inġenju tal-ajru.

Artikolu 5 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 43 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa dwar il-protokolli komuni u l-formati tad-data appoġġjati li għandhom jintużaw għat-trasferimenti kriptati tad-data tal-API lir-router imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż it-trasferiment tad-data tal-API fil-mument taċ-check-in u r-rekwiżiti għas-sigurtà tad-data. Tali regoli dettaljati għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-data tal-API bl-użu tal-istess struttura u kontenut.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.