+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.

Artikolu 7

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Meta trasportatur bl-ajru jsir konxju li d-data li jaħżen skont dan ir-Regolament tkun ġiet ipproċessata b’mod illegali, jew li ma tikkostitwix data tal-API, huwa għandu jħassar dik id-data minnufih u b’mod permanenti. Jekk dik id-data tkun ġiet ittrasferita lir-router, it-trasportatur bl-ajru għandu jinforma minnufih lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA). Malli tirċievi tali informazzjoni, l-eu-LISA għandha tinforma minnufih lill-PIU li rċeviet id-data trażmessa permezz tar-router.
Artikolu 7 2.
Meta trasportatur bl-ajru jsir konxju li d-data li jaħżen skont dan ir-Regolament mhijiex preċiża, mhijiex kompluta jew ma għadhiex aġġornata, dan għandu minnufih jikkoreġi, jikkompleta jew jaġġorna dik id-data. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li t-trasportaturi bl-ajru jżommu u jużaw id-data, fejn meħtieġ, għall-kors normali tan-negozju tagħhom f’konformità mad-dritt applikabbli.
Artikolu 7 3.
Meta trasportatur bl-ajru jsir konxju wara t-trasferiment ta’ data tal-API skont l-Artikolu 5(3), il-punt (a)(i), iżda qabel it-trasferiment skont l-Artikolu 5(3), il-punt (a)(ii), li d-data li jkun ittrasferixxa ma tkunx preċiża, it-trasportatur bl-ajru għandu minnufih jittrasferixxi d-data tal-API kkoreġuta lir-router.
Artikolu 7 4.
Meta trasportatur bl-ajru jsir konxju, wara t-trasferiment ta’ data tal-API skont l-Artikolu 5(3), il-punt (a) jew (b), li d-data li jkun ittrasferixxa ma tkunx preċiża, ma tkunx kompluta jew ma tkunx għadha aġġornata, it-trasportatur bl-ajru għandu jittrasferixxi minnufih id-data tal-API kkoreġuta, kompluta jew aġġornata lir-router.
Artikolu 7 5.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 43 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa dwar il-korrezzjoni, l-ikkompletar u l-aġġornament ta’ data tal-API skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.