+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.

Artikolu 16

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża r-router biex tiġi trażmessa d-data tal-API jew data oħra tal-PNR minħabba nuqqas ta’ funzjonament tar-router, l-eu-LISA għandha tinnotifika minnufih lit-trasportaturi bl-ajru u lill-PIUs b’dik l-impossibbiltà teknika b’mod awtomatizzat. F’dak il-każ, l-eu-LISA għandha minnufih tieħu miżuri biex tindirizza l-impossibbiltà teknika li tuża r-router u għandha tinnotifika minnufih lit-trasportaturi bl-ajru u lill-PIUs meta din tkun ġiet indirizzata b’suċċess.

Matul il-perjodu ta’ żmien bejn dawk in-notifiki, l-Artikolu 5(1) ma għandux japplika, sa fejn l-impossibbiltà teknika tipprevjeni t-trasferiment tad-data tal-API jew data oħra tal-PNR lir-router. It-trasportaturi bl-ajru għandhom jaħżnu d-data tal-API jew data oħra tal-PNR sakemm l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess. Malli l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-data lir-router f’konformità mal-Artikolu 5(1).

Fejn ikun teknikament impossibbli li jużaw ir-router u f’każijiet eċċezzjonali relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament li jagħmluha neċessarja għall-PIUs li jirċievu minnufih data tal-API jew data oħra tal-PNR matul l-impossibbiltà teknika li jintuża r-router, il-PIUs jistgħu jitolbu lit-trasportaturi bl-ajru jużaw kwalunkwe mezz xieraq ieħor, li jiżgura l-livell meħtieġ ta’ sigurtà tad-data, kwalità tad-data u protezzjoni tad-data, biex jittrasferixxu d-data tal-API jew data oħra tal-PNR direttament lill-PIUs. Il-PIUs għandhom jipproċessaw id-data tal-API jew data oħra tal-PNR riċevuta permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor f’konformità mar-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/681.

Wara n-notifika mill-eu-LISA li l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, u meta jiġi kkonfermat f’konformità mal-Artikolu 12(3) li t-trażmissjoni tad-data tal-API jew data oħra tal-PNR permezz tar-router lill-PIU rilevanti tkun ġiet kompluta, il-PIU għandha tħassar minnufih id-data tal-API jew data oħra tal-PNR li tkun irċeviet bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor.

Artikolu 16 2.
Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża r-router biex tiġi trażmessa d-data tal-API jew data oħra tal-PNR minħabba nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi jew tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 23 ta’ Stat Membru, il-PIU ta’ dak l-Istat Membru għandu jinnotifika minnufih lill-PIUs l-oħrajn, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni b’dik l-impossibbiltà teknika b’mod awtomatizzat. F’dak il-każ, dak l-Istat Membru għandu minnufih jieħu miżuri biex jindirizza l-impossibbiltà teknika li juża r-router u għandu jinnotifika minnufih lill-PIUs l-oħrajn, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni meta din tkun ġiet indirizzata b’suċċess. Ir-router għandu jaħżen id-data tal-API jew data oħra tal-PNR sakemm l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess. Malli l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, ir-router għandu jittrażmetti d-data f’konformità mal-Artikolu 12(1).

Fejn ikun teknikament impossibbli li jużaw ir-router u f’każijiet eċċezzjonali relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament li jagħmluha neċessarja għall-PIUs li jirċievu minnufih data tal-API jew data oħra tal-PNR matul l-impossibbiltà teknika li jintuża r-router, il-PIUs jistgħu jitolbu lit-trasportaturi bl-ajru jużaw kwalunkwe mezz xieraq ieħor, li jiżgura l-livell meħtieġ ta’ sigurtà tad-data, kwalità tad-data u protezzjoni tad-data biex jittrasferixxu d-data tal-API jew data oħra tal-PNR direttament lill-PIUs. Il-PIUs għandhom jipproċessaw id-data tal-API jew data oħra tal-PNR riċevuta permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor f’konformità mar-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/681.

Wara n-notifika mill-eu-LISA li l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, u meta jiġi kkonfermat f’konformità mal-Artikolu 12(3) li t-trażmissjoni tad-data tal-API jew data oħra tal-PNR permezz tar-router lill-PIU rilevanti tkun ġiet kompluta, il-PIU għandha tħassar minnufih id-data tal-API jew data oħra tal-PNR li tkun irċeviet bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor.

Artikolu 16 3.
Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża r-router biex tiġi trasferita d-data tal-API jew data oħra tal-PNR minħabba nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi jew tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 24 ta’ trasportatur bl-ajru, dak it-trasportatur bl-ajru għandu jinnotifika minnufih lill-PIUs, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni b’dik l-impossibbiltà teknika b’mod awtomatizzat. F’dak il-każ, dak it-trasportatur bl-ajru għandu minnufih jieħu miżuri biex jindirizza l-impossibbiltà teknika li juża r-router u għandu jinnotifika minnufih lill-PIUs, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni meta din tkun ġiet indirizzata b’suċċess.

Matul il-perjodu ta’ żmien bejn dawk in-notifiki, l-Artikolu 5(1) ma għandux japplika, sa fejn l-impossibbiltà teknika tipprevjeni t-trasferiment tad-data tal-API jew data oħra tal-PNR lir-router. It-trasportaturi bl-ajru għandhom jaħżnu d-data tal-API jew data oħra tal-PNR sakemm l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess. Malli l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-data lir-router f’konformità mal-Artikolu 5(1).

Fejn ikun teknikament impossibbli li jużaw ir-router u f’każijiet eċċezzjonali relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament li jagħmluha neċessarja għall-PIUs li jirċievu minnufih data tal-API jew data oħra tal-PNR matul l-impossibbiltà teknika li jintuża r-router, il-PIUs jistgħu jitolbu lit-trasportaturi bl-ajru jużaw kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura l-livell meħtieġ ta’ sigurtà tad-data, kwalità tad-data u protezzjoni tad-data biex jittrasferixxu d-data tal-API jew data oħra tal-PNR direttament lill-PIUs. Il-PIUs għandhom jipproċessaw id-data tal-API jew data oħra tal-PNR riċevuta permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor f’konformità mar-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/681.

Wara n-notifika mill-eu-LISA li l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, u meta jiġi kkonfermat f’konformità mal-Artikolu 12(3) li t-trażmissjoni tad-data tal-API jew data oħra tal-PNR permezz tar-router lill-PIU rilevanti tkun ġiet kompluta, il-PIU għandha tħassar minnufih id-data tal-API jew data oħra tal-PNR li tkun irċeviet bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor.

Meta l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, it-trasportatur bl-ajru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jissottometti lill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API msemmija fl-Artikolu 15 rapport li jkun fih id-dettalji kollha meħtieġa dwar l-impossibbiltà teknika, inklużi r-raġunijiet għall-impossibbiltà teknika, il-firxa u l-konsegwenzi tagħha, kif ukoll il-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.