|
+Artikolu 16 3. |
Artikolu 16 3.Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża r-router biex tiġi trasferita d-data tal-API jew data oħra tal-PNR minħabba nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi jew tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 24 ta’ trasportatur bl-ajru, dak it-trasportatur bl-ajru għandu jinnotifika minnufih lill-PIUs, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni b’dik l-impossibbiltà teknika b’mod awtomatizzat. F’dak il-każ, dak it-trasportatur bl-ajru għandu minnufih jieħu miżuri biex jindirizza l-impossibbiltà teknika li juża r-router u għandu jinnotifika minnufih lill-PIUs, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni meta din tkun ġiet indirizzata b’suċċess. Matul il-perjodu ta’ żmien bejn dawk in-notifiki, l-Artikolu 5(1) ma għandux japplika, sa fejn l-impossibbiltà teknika tipprevjeni t-trasferiment tad-data tal-API jew data oħra tal-PNR lir-router. It-trasportaturi bl-ajru għandhom jaħżnu d-data tal-API jew data oħra tal-PNR sakemm l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess. Malli l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-data lir-router f’konformità mal-Artikolu 5(1). Fejn ikun teknikament impossibbli li jużaw ir-router u f’każijiet eċċezzjonali relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament li jagħmluha neċessarja għall-PIUs li jirċievu minnufih data tal-API jew data oħra tal-PNR matul l-impossibbiltà teknika li jintuża r-router, il-PIUs jistgħu jitolbu lit-trasportaturi bl-ajru jużaw kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura l-livell meħtieġ ta’ sigurtà tad-data, kwalità tad-data u protezzjoni tad-data biex jittrasferixxu d-data tal-API jew data oħra tal-PNR direttament lill-PIUs. Il-PIUs għandhom jipproċessaw id-data tal-API jew data oħra tal-PNR riċevuta permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor f’konformità mar-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/681. Wara n-notifika mill-eu-LISA li l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, u meta jiġi kkonfermat f’konformità mal-Artikolu 12(3) li t-trażmissjoni tad-data tal-API jew data oħra tal-PNR permezz tar-router lill-PIU rilevanti tkun ġiet kompluta, il-PIU għandha tħassar minnufih id-data tal-API jew data oħra tal-PNR li tkun irċeviet bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor. Meta l-impossibbiltà teknika tkun ġiet indirizzata b’suċċess, it-trasportatur bl-ajru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jissottometti lill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API msemmija fl-Artikolu 15 rapport li jkun fih id-dettalji kollha meħtieġa dwar l-impossibbiltà teknika, inklużi r-raġunijiet għall-impossibbiltà teknika, il-firxa u l-konsegwenzi tagħha, kif ukoll il-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|