|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.L-eu-LISA għandha żżomm ir-reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar relatati mat-trasferiment u t-trażmissjoni tad-data tal-API u data oħra tal-PNR permezz tar-router skont dan ir-Regolament. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikopru dan li ġej:
(a)
it-trasportatur bl-ajru li ttrasferixxa d-data tal-API u data oħra tal-PNR lir-router;
(b)
it-trasportatur bl-ajru li ttrasferixxa data oħra tal-PNR lir-router;
(c)
il-PIUs li lilhom ġiet trażmessa d-data tal-API permezz tar-router;
(d)
il-PIUs li lilhom ġiet trażmessa data oħra tal-PNR permezz tar-router;
(e)
id-data u l-ħin tat-trasferiment jew tat-trażmissjoni msemmijin fil-punti (a) sa (d), u l-post tat-trasferiment jew tat-trażmissjoni;
(f)
kwalunkwe aċċess mill-persunal tal-eu-LISA meħtieġ għall-manutenzjoni tar-router, kif imsemmi fl-Artikolu 26(3);
(g)
kwalunkwe informazzjoni oħra relatata ma’ dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar meħtieġa biex jiġu monitorjati s-sigurtà u l-integrità tad-data tal-API u data oħra tal-PNR u l-legalità ta’ dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar. Dawk ir-reġistrazzjonijiet ma għandhom jinkludu l-ebda data personali, għajr l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi identifikat il-membru rilevanti tal-persunal tal-eu-LISA, imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|