+Artikolu 17
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
|
Artikolu 17
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
It-trasportaturi bl-ajru għandhom joħolqu reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar relatati mad-data tal-API skont dan ir-Regolament imwettqa bl-użu tal-mezzi awtomatizzati msemmijin fl-Artikolu 4(7). Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikopru d-data, il-ħin u l-post tat-trasferiment tad-data tal-API. Dawk ir-reġistrazzjonijiet ma għandhom jinkludu l-ebda data personali, għajr l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi identifikat il-membru rilevanti tal-persunal tat-trasportatur bl-ajru.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-eu-LISA għandha żżomm ir-reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar relatati mat-trasferiment u t-trażmissjoni tad-data tal-API u data oħra tal-PNR permezz tar-router skont dan ir-Regolament. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikopru dan li ġej:
(a)
it-trasportatur bl-ajru li ttrasferixxa d-data tal-API u data oħra tal-PNR lir-router;
(b)
it-trasportatur bl-ajru li ttrasferixxa data oħra tal-PNR lir-router;
(c)
il-PIUs li lilhom ġiet trażmessa d-data tal-API permezz tar-router;
(d)
il-PIUs li lilhom ġiet trażmessa data oħra tal-PNR permezz tar-router;
(e)
id-data u l-ħin tat-trasferiment jew tat-trażmissjoni msemmijin fil-punti (a) sa (d), u l-post tat-trasferiment jew tat-trażmissjoni;
(f)
kwalunkwe aċċess mill-persunal tal-eu-LISA meħtieġ għall-manutenzjoni tar-router, kif imsemmi fl-Artikolu 26(3);
(g)
kwalunkwe informazzjoni oħra relatata ma’ dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar meħtieġa biex jiġu monitorjati s-sigurtà u l-integrità tad-data tal-API u data oħra tal-PNR u l-legalità ta’ dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.
Dawk ir-reġistrazzjonijiet ma għandhom jinkludu l-ebda data personali, għajr l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi identifikat il-membru rilevanti tal-persunal tal-eu-LISA, imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Ir-reġistrazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jintużaw biss biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità tad-data tal-API u data oħra tal-PNR u l-legalità tal-ipproċessar, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi l-proċedimenti għall-penali għal ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti f’konformità mal-Artikoli 37 u 38.
|
|
Artikolu 17 4.
|
It-trasportaturi bl-ajru u l-eu-LISA għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu r-reġistrazzjonijiet li jkunu ħolqu skont il-paragrafi 1 u 2, rispettivament, kontra aċċess mhux awtorizzat u riskji oħrajn għas-sigurtà.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API msemmija fl-Artikolu 37 u l-PIUs għandu jkollhom aċċess għar-reġistrazzjonijiet rilevanti msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta jkun meħtieġ għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 17 6.
|
It-trasportaturi bl-ajru u l-eu-LISA għandhom iżommu r-reġistrazzjonijiet li jkunu ħolqu skont il-paragrafi 1 u 2, rispettivament, għal perjodu ta’ sena mill-mument tal-ħolqien ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet. Huma għandhom iħassru dawk ir-reġistrazzjonijiet minnufih u b’mod permanenti mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu. Madankollu, jekk dawk ir-reġistrazzjonijiet ikunu meħtieġa għal proċeduri għall-monitoraġġ jew għall-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tad-data tal-API jew il-legalità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, kif imsemmi fil-paragrafu 3, u dawk il-proċeduri jkunu diġà bdew fil-mument tal-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-trasportaturi bl-ajru u l-eu-LISA għandhom iżommu dawk ir-reġistrazzjonijiet għat-tul ta’ żmien li jkun meħtieġ għal dawk il-proċeduri. F’dak il-każ, huma għandhom iħassru dawk ir-reġistrazzjonijiet minnufih meta ma jkunux għadhom meħtieġa għal dawk il-proċeduri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|