+Artikolu 18
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.

Artikolu 18

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Trasportaturi bl-ajru għandhom ikunu kontrolluri, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679, għall-ipproċessar tad-data tal-API u data oħra tal-PNR li tikkostitwixxi data personali b’rabta mal-ġbir ta’ tali data u t-trasferiment tagħha lir-router skont dan ir-Regolament.
Artikolu 18 2.
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti bħala kontrollur f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Istati Membri l-oħra dwar dawk l-awtoritajiet.

L-awtoritajiet kompetenti kollha maħtura mill-Istati Membri għandhom ikunu kontrolluri konġunti f’konformità mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali fir-router.

Artikolu 18 3.
L-eu-LISA għandha tkun proċessur skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2018/1725 għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ data tal-API u data oħra tal-PNR li jikkostitwixxu data personali skont dan ir-Regolament permezz tar-router, inkluż it-trażmissjoni tad-data mir-router lill-PIUs u l-ħżin għal raġunijiet tekniċi ta’ dik id-data fuq ir-router. L-eu-LISA għandha tiżgura li r-router jitħaddem f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18 4.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi tal-kontrolluri konġunti u l-obbligi rispettivi bejn il-kontrolluri konġunti u l-proċessur. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.