|
+Artikolu 20 3. |
Artikolu 20 3.L-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura s-sigurtà tar-router u tad-data tal-API u ta’ data oħra tal-PNR, u b’mod partikolari d-data li tikkostitwixxi data personali, trażmessa permezz tar-router, inkluż billi tistabbilixxi, timplimenta u taġġorna regolarment pjan ta’ sigurtà, pjan għall-kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru f’każ ta’ diżastru, sabiex:
(a)
tipproteġi fiżikament ir-router, fost l-oħrajn billi toħloq pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni tal-komponenti kritiċi tiegħu;
(b)
tipprevjeni kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat tad-data tal-API jew ta’ data oħra tal-PNR, inkluż kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat għaliha u l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir tagħha, kemm matul it-trasferiment tad-data tal-API jew ta’ data oħra tal-PNR lejn u mir-router kif ukoll waqt kwalunkwe ħżin tad-data tal-API jew ta’ data oħra tal-PNR fuq ir-router fejn meħtieġ biex titlesta t-trażmissjoni, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ;
(c)
tiżgura li l-persuni awtorizzati biex jaċċedu għar-router ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni ta’ aċċess tagħhom;
(d)
tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema PIUs tista’ tiġi trażmessa data tal-API jew data oħra tal-PNR permezz tar-router;
(e)
tirrapporta kif xieraq lill-Bord tat-Tmexxija tagħha kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tar-router;
(f)
timmonitorja l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa skont dan l-Artikolu u skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, u tivvaluta u taġġorna dawk il-miżuri ta’ sigurtà, fejn ikun meħtieġ, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew operattivi. Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jaffettwaw l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2016/680. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|