+Artikolu 20
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
|
Artikolu 20
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
L-eu-LISA għandha tiżgura s-sigurtà u l-kriptaġġ tad-data tal-API u ta’ data oħra tal-PNR, b’mod partikolari d-data li tikkostitwixxi data personali, li tipproċessa skont dan ir-Regolament. Il-PIUs u t-trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw is-sigurtà tad-data tal-API, b’mod partikolari d-data tal-API li tikkostitwixxi data personali, li jipproċessaw skont dan ir-Regolament. L-eu-LISA, il-PIUs u t-trasportaturi bl-ajru għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u mal-liġi tal-Unjoni, biex jiżguraw tali sigurtà.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-eu-LISA għandha tiżgura s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data relatata mat-titjiriet u r-rotot magħżula mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 12(4). Il-PIUs u t-trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw is-sigurtà tad-data tal-API, b’mod partikolari d-data tal-API li tikkostitwixxi data personali, li jipproċessaw skont dan ir-Regolament. L-eu-LISA, il-PIUs u t-trasportaturi bl-ajru għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u mal-liġi tal-Unjoni, biex jiżguraw tali sigurtà.
|
|
Artikolu 20 3.
|
L-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura s-sigurtà tar-router u tad-data tal-API u ta’ data oħra tal-PNR, u b’mod partikolari d-data li tikkostitwixxi data personali, trażmessa permezz tar-router, inkluż billi tistabbilixxi, timplimenta u taġġorna regolarment pjan ta’ sigurtà, pjan għall-kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru f’każ ta’ diżastru, sabiex:
(a)
tipproteġi fiżikament ir-router, fost l-oħrajn billi toħloq pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni tal-komponenti kritiċi tiegħu;
(b)
tipprevjeni kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat tad-data tal-API jew ta’ data oħra tal-PNR, inkluż kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat għaliha u l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir tagħha, kemm matul it-trasferiment tad-data tal-API jew ta’ data oħra tal-PNR lejn u mir-router kif ukoll waqt kwalunkwe ħżin tad-data tal-API jew ta’ data oħra tal-PNR fuq ir-router fejn meħtieġ biex titlesta t-trażmissjoni, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ;
(c)
tiżgura li l-persuni awtorizzati biex jaċċedu għar-router ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni ta’ aċċess tagħhom;
(d)
tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema PIUs tista’ tiġi trażmessa data tal-API jew data oħra tal-PNR permezz tar-router;
(e)
tirrapporta kif xieraq lill-Bord tat-Tmexxija tagħha kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tar-router;
(f)
timmonitorja l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa skont dan l-Artikolu u skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, u tivvaluta u taġġorna dawk il-miżuri ta’ sigurtà, fejn ikun meħtieġ, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew operattivi.
Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jaffettwaw l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2016/680.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|