+Artikolu 30
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.

Artikolu 30

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Sad-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 45, it-tieni paragrafu, il-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi Grupp ta’ Kuntatt tal-API-PNR.
Artikolu 30 2.
Il-Grupp ta’ Kuntatt tal-API-PNR għandu jippermetti l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u t-trasportaturi bl-ajru dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kompiti u l-obbligi rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 30 3.
Il-Grupp ta’ Kuntatt tal-API-PNR għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u tat-trasportaturi bl-ajru, il-president tal-Grupp Konsultattiv tal-API-PNR u esperti tal-eu-LISA.
Artikolu 30 4.
Il-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-API-PNR, wara opinjoni tal-Grupp Konsultattiv tal-API-PNR.
Artikolu 30 5.
Meta jitqies meħtieġ, il-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA jista’ jistabbilixxi wkoll sottogruppi tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-API-PNR biex jiddiskutu kwistjonijiet tekniċi speċifiċi relatati mal-kompiti u l-obbligi rispettivi tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u tat-trasportaturi bl-ajru skont dan ir-Regolament.
Artikolu 30 6.
Il-Grupp ta’ Kuntatt tal-API-PNR, inklużi s-sottogruppi tiegħu, ma għandu jkollhom l-ebda setgħa li jieħdu deċiżjonijiet, u lanqas xi mandat biex jirrappreżentaw lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA jew lill-membri tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.