+Artikolu 38
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.

Artikolu 38

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 38 2.
L-Istati Membri għandhom, sad-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 45, it-tieni paragrafu, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 38 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API, meta jiddeċiedu jekk jimponux penali u meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali, iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti, li jistgħu jinkludu:

(a) 

in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ tort tat-trasportatur bl-ajru;

(c) 

ksur preċedenti mit-trasportatur bl-ajru;

(d) 

il-livell ġenerali ta’ kooperazzjoni tat-trasportatur bl-ajru mal-awtoritajiet kompetenti;

(e) 

id-daqs tat-trasportatur bl-ajru, bħal pereżempju l-għadd annwali ta’ passiġġieri ttrasportati;

(f) 

jekk il-penali preċedenti jkunux diġà ġew applikati minn awtoritajiet superviżorji nazzjonali oħra tal-API lill-istess trasportatur bl-ajru għall-istess ksur.

Artikolu 38 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas rikorrenti ta’ trasferiment ta’ data tal-API f’konformità mal-Artikolu 5(1) ikun soġġett għal penali finanzjarji proporzjonati ta’ mhux aktar minn 2 % tal-fatturat globali tat-trasportatur bl-ajru fis-sena finanzjarja preċedenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament ikun soġġett għal penali proporzjonati, inkluż penali finanzjarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.