+Artikolu 14 L-istabbiliment tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
|
Artikolu 14 L-istabbiliment tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà hija stabbilita biex tgħin, fuq talba, lill-utenti msemmija fil-paragrafu 3, jirrispondu jew ifornu appoġġ għar-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira, u jibdew l-irkupru minn tali inċidenti.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandha tikkonsisti f’servizzi tar-rispons minn fornituri fdati ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti magħżula f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17(2). Ir-Riżerva tista’ tinkludi servizzi impenjati minn qabel. Is-servizzi impenjati minn qabel ta’ fornitur fdat ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti għandhom ikunu konvertibbli f’servizzi tat-tħejjija relatati mal-prevenzjoni tal-inċidenti u r-rispons għall-inċidenti, fejn dawk is-servizzi impenjati minn qabel ma jintużawx biex jingħata rispons għall-inċidenti matul il-perjodu li fih is-servizzi huma impenjati minn qabel. Ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandha tkun utilizzabbli, fuq talba, fl-Istati Membri kollha, fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni, u fil-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP kif imsemmi fl-Artikolu 19(1).
|
|
Artikolu 14 3.
|
L-utenti tas-servizzi mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi tal-Istati Membri u s-CSIRTs kif imsemmija, rispettivament, fl-Artikolu 9(1) u (2) u fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;
(b)
is-servizz CERT-EU f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti bħall-iskwadra ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters u l-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi tal-pajjiżi assoċjati mad-DEP f’konformità mal-Artikolu 19(8).
|
|
Artikolu 14 4.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà f’koordinazzjoni mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS u, f’konformità mar-rekwiżiti tal-utenti msemmija fil-paragrafu 3, għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tagħha, u għandha tiżgura l-komplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet ma’ azzjonijiet oħra ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament kif ukoll ma’ azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni. Dawk il-prijoritajiet għandhom jiġu rieżaminati u, jekk ikun xieraq, riveduti kull sentejn. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dawk il-prijoritajiet u bi kwalunkwe reviżjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ġenerali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u soġġetta għal ftehim ta’ kontribuzzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (19), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-Kummissjoni għandha tinkariga, b’mod totali jew parzjali, lill-ENISA bil-funzjonament u bl-amministrazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. L-aspetti li tagħhom ma tkunx inkarigata l-ENISA għandhom jibqgħu soġġetti għall-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 14 6.
|
L-ENISA għandha tħejji, mill-anqas kull sentejn, immappjar tas-servizzi meħtieġa mill-utenti msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu. L-immappjar għandu jinkludi wkoll id-disponibbiltà ta’ tali servizzi, anki minn entitajiet ġuridiċi stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri. Fl-immappjar ta’ dik id-disponibbiltà, l-ENISA għandha tivvaluta l-ħiliet u l-kapaċità tal-forza tax-xogħol tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà rilevanti għall-objettivi tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Fit-tħejjija tal-immappjar, l-ENISA għandha tikkonsulta lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS, lill-EU-CyCLONe, lill-Kummissjoni u, jekk applikabbli, lill-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 (IICB). Fl-immappjar tad-disponibbiltà tas-servizzi, l-ENISA għandha tikkonsulta wkoll lill-partijiet interessati rilevanti fil-qasam taċ-ċibersigurtà, inklużi l-fornituri ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti. L-ENISA għandha tħejji mmappjar simili, wara li tinforma lill-Kunsill u wara li tikkonsulta lill-EU-CyCLONe, lill-Kummissjoni u, meta rilevanti, lir-Rappreżentant Għoli, biex tidentifika l-bżonnijiet tal-utenti msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 14 7.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika t-tipi u l-għadd ta’ servizzi tar-rispons meħtieġa għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Fit-tħejjija ta’ dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-immappjar imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u tista’ tiskambja l-pariri u tikkoopera mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS u mal-ENISA.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|