+Artikolu 25 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
|
Artikolu 25 Evalwazzjoni u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Sal-5 ta’ Frar 2027 u mill-anqas kull 4 snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tivvaluta, b’mod partikolari:
(a)
in-numru ta’ Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri stabbiliti, il-portata tal-informazzjoni kondiviża, inkluż, jekk possibbli, l-impatt fuq il-ħidma tan-network tas-CSIRTs, u sa liema punt ikkontribwew biex jissaħħu l-identifikazzjoni u l-għarfien sitwazzjonali komuni tal-Unjoni tat-theddid u tal-inċidenti ċibernetiċi u biex jiġu żviluppati teknoloġiji mill-aktar avvanzati; l-użu tal-finanzjamenti tad-DEP għall-infrastrutturi għall-għodod jew servizzi taċ-ċibersigurtà akkwistati b’mod konġunt; u, jekk l-informazzjoni hijiex disponibbli, il-livell ta’ kooperazzjoni bejn iċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u l-komunitajiet settorjali u transsettorjali tal-entitajiet essenzjali u importanti kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;
(b)
l-użu u l-effikaċja tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà li jappoġġaw it-tħejjija, inklużi t-taħriġ, ir-rispons għal u l-irkupru inizjali mill-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira, inkluż l-użu tal-finanzjamenti tad-DEP u t-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet mill-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà;
(c)
l-użu u l-effikaċja tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà fir-rigward tat-tipi ta’ utenti, inkluż l-użu tal-finanzjamenti tad-DEP, l-adozzjoni tas-servizzi, inkluż it-tip tagħhom, il-ħin medju biex jingħata rispons għat-talbiet u biex tintuża r-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-perċentwal ta’ servizzi konvertiti f’servizzi tat-tħejjija relatati mal-prevenzjoni tal-inċidenti u mar-rispons għalihom u t-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet mill-implimentazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà;
(d)
il-kontribut ta’ dan ir-Regolament biex tissaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u tas-servizzi fl-Unjoni fl-ekonomija diġitali, fosthom il-mikroimpriżi u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll in-negozji l-ġodda, u l-kontribut għall-objettiv ġenerali tat-tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol fil-qasam taċ-ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|