|
+Artikolu 25 2. |
Artikolu 25 2.L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tivvaluta, b’mod partikolari:
(a)
in-numru ta’ Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri stabbiliti, il-portata tal-informazzjoni kondiviża, inkluż, jekk possibbli, l-impatt fuq il-ħidma tan-network tas-CSIRTs, u sa liema punt ikkontribwew biex jissaħħu l-identifikazzjoni u l-għarfien sitwazzjonali komuni tal-Unjoni tat-theddid u tal-inċidenti ċibernetiċi u biex jiġu żviluppati teknoloġiji mill-aktar avvanzati; l-użu tal-finanzjamenti tad-DEP għall-infrastrutturi għall-għodod jew servizzi taċ-ċibersigurtà akkwistati b’mod konġunt; u, jekk l-informazzjoni hijiex disponibbli, il-livell ta’ kooperazzjoni bejn iċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u l-komunitajiet settorjali u transsettorjali tal-entitajiet essenzjali u importanti kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;
(b)
l-użu u l-effikaċja tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà li jappoġġaw it-tħejjija, inklużi t-taħriġ, ir-rispons għal u l-irkupru inizjali mill-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira, inkluż l-użu tal-finanzjamenti tad-DEP u t-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet mill-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà;
(c)
l-użu u l-effikaċja tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà fir-rigward tat-tipi ta’ utenti, inkluż l-użu tal-finanzjamenti tad-DEP, l-adozzjoni tas-servizzi, inkluż it-tip tagħhom, il-ħin medju biex jingħata rispons għat-talbiet u biex tintuża r-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-perċentwal ta’ servizzi konvertiti f’servizzi tat-tħejjija relatati mal-prevenzjoni tal-inċidenti u mar-rispons għalihom u t-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet mill-implimentazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà;
(d)
il-kontribut ta’ dan ir-Regolament biex tissaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u tas-servizzi fl-Unjoni fl-ekonomija diġitali, fosthom il-mikroimpriżi u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll in-negozji l-ġodda, u l-kontribut għall-objettiv ġenerali tat-tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol fil-qasam taċ-ċibersigurtà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|