2. L-imballaġġ għandu jitqies bħala riċiklabbli jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
huwa ddisinjat għar-riċiklaġġ tal-materjal, li jippermetti l-użu tal-materja prima sekondarja li tirriżulta li hija ta' kwalità suffiċjenti meta mqabbla mal-materjal oriġinali li tista' tintuża biex tissostitwixxi materja prima primarja, f'konformità mal-paragrafu 4; u
|
|
(b)
|
meta jsir skart, dan jista' jinġabar separatament f'konformità mal-Artikolu 48(1) u (5), isseparat fi flussi ta' skart speċifiċi mingħajr ma jaffettwa r-riċiklabbiltà ta' flussi ta' skart oħra u rriċiklat fuq skala kbira, abbażi tal-metodoloġija stabbilita f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
|
L-imballaġġ li jkun konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 għandu jitqies li jikkonforma mal-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
L-imballaġġ li jkun konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 għandu jitqies li jikkonforma maż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2030 jew erba’ u għoxrin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, skont liema tiġi l-aħħar.
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2035 jew, fir-rigward tar-rekwiżit tar-riċiklaġġ fuq skala kbira, mill-1 ta’ Jannar 2035 jew ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5, skont liema tiġi l-aħħar.