+Artikolu 6 Imballaġġ riċiklabbli
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
---+Artikolu 6 9
---+Artikolu 6 10
---+Artikolu 6 11
---+Artikolu 6 12
|
Artikolu 6 Imballaġġ riċiklabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. L-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq għandu jkun riċiklabbli.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. L-imballaġġ għandu jitqies bħala riċiklabbli jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
huwa ddisinjat għar-riċiklaġġ tal-materjal, li jippermetti l-użu tal-materja prima sekondarja li tirriżulta li hija ta' kwalità suffiċjenti meta mqabbla mal-materjal oriġinali li tista' tintuża biex tissostitwixxi materja prima primarja, f'konformità mal-paragrafu 4; u
|
|
(b)
|
meta jsir skart, dan jista' jinġabar separatament f'konformità mal-Artikolu 48(1) u (5), isseparat fi flussi ta' skart speċifiċi mingħajr ma jaffettwa r-riċiklabbiltà ta' flussi ta' skart oħra u rriċiklat fuq skala kbira, abbażi tal-metodoloġija stabbilita f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
|
L-imballaġġ li jkun konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 għandu jitqies li jikkonforma mal-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
L-imballaġġ li jkun konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 għandu jitqies li jikkonforma maż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2030 jew erba’ u għoxrin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, skont liema tiġi l-aħħar.
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2035 jew, fir-rigward tar-rekwiżit tar-riċiklaġġ fuq skala kbira, mill-1 ta’ Jannar 2035 jew ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5, skont liema tiġi l-aħħar.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Il-manifattur għandu jivvaluta r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ abbażi tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ għandha tiġi espressa fil-gradi A, B jew C tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà kif deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, sal-1 ta' Jannar 2030 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, l-imballaġġ ma għandux jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkunx riċiklabbli fil-gradi A, B jew C kif deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, sal-1 ta' Jannar 2038 ma għandux jitqiegħed imballaġġ fis-suq sakemm ma jkunx riċiklabbli fil-gradi A jew B kif deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tqis l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 64 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
|
(a)
|
il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà abbażi tat-Tabella 3 tal-Anness II u l-parametri elenkati fit-Tabella 4 tal-Anness II għall-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II; il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-materjal predominanti u għandhom:
|
(i)
|
iqisu l-kapaċità tal-iskart mill-imballaġġ li jiġi sseparat fi flussi differenti ta' materjal għar-riċiklaġġ, isseparat u riċiklat, sabiex il-materja prima sekondarja li tirriżulta tkun ta' kwalità suffiċjenti meta mqabbla mal-materjal oriġinali u tista' tintuża biex tissostitwixxi l-materja prima primarja għall-imballaġġ jew applikazzjonijiet oħra fejn tinżamm il-kwalità tal-materjal riċiklat, fejn fattibbli;
|
|
(ii)
|
iqisu l-proċessi stabbiliti ta' ġbir u ta' separazzjoni li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali u li jkopru l-komponenti kollha tal-imballaġġ;
|
|
(iii)
|
iqisu t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ disponibbli, il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tagħhom, inkluż il-kwalità tal-output, id-disponibbiltà tal-iskart, l-enerġija meħtieġa u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra;
|
|
(iv)
|
fejn xieraq, jidentifikaw sustanzi ta' tħassib li jaffettwaw b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali fl-imballaġġ li fih ikunu preżenti;
|
|
(v)
|
fejn xieraq, jimponu restrizzjonijiet fuq il-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib, jew ta’ gruppi ta' sustanzi bħal dawn, fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ għal raġunijiet mhux relatati primarjament mas-sigurtà kimika; tali restrizzjonijiet jistgħu jservu wkoll biex inaqqsu r-riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet fuq is-sustanzi kimiċi stabbiliti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew, fejn applikabbli, ir-restrizzjonijiet u l-miżuri speċifiċi dwar il-materjali u l-oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
|
|
|
(b)
|
kif titwettaq il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà u tesprimi r-riżultat tagħha fi gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità tal-imballaġġ, f'termini ta' piż, inkluż kriterji speċifiċi għall-materjal u effiċjenza tas-separazzjoni, biex jiġi ddeterminat jekk l-imballaġġ għandux jitqies bħala riċiklabbli skont il-paragrafu 2;
|
|
(c)
|
deskrizzjoni, għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II, tal-kundizzjonijiet għall-konformità mal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà rispettivi tagħhom;
|
|
(d)
|
qafas dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-responsabbiltà estiża tal-produttur kif jinsab fl-Artikolu 45(1), abbażi tal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.
|
Meta tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni, jekk ikun hemm, imwettqa skont l-Artikolu 5(2).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda t-Tabella 1 tal-Anness II sabiex tadattaha għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi fid-disinn tal-materjali u tal-prodotti, u għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi fl-infrastruttura tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ. F’dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għal kategoriji addizzjonali tal-imballaġġ jew toħloq subkategoriji fil-kategoriji elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw ma’ kriterji l-ġodda jew aġġornati tad-disinn għar-riċiklaġġ fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat rilevanti.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Sal-1 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu:
|
(a)
|
il-metodoloġija għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 2 tal-Anness II, li tissupplimenta t-Tabella 3 tal-Anness II b'limiti għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira u, jekk meħtieġ, taġġorna l-gradi ġenerali ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II; dik il-metodoloġija għandha tkun ibbażata, tal-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:
|
(i)
|
il-kwantitajiet tal-imballaġġ għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 2 tal-Anness II mqiegħda fis-suq fl-Unjoni kollha kemm hi u f'kull Stat Membru;
|
|
(ii)
|
il-kwantitajiet ta' skart fl-imballaġġ riċiklat, kif ikkalkulat fil-punt tal-kalkolu f'konformità mal-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a), għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 2 tal-Anness II, fl-Unjoni kollha kemm hi u f'kull Stat Membru;
|
|
|
(b)
|
il-mekkaniżmu tal-katina tal-kustodja li jiżgura li l-imballaġġ jiġi riċiklat fuq skala kbira.
|
Il-mekkaniżmu tal-katina tal-kustodja msemmija fil-punt (b) għandu jkun ibbażat fuq tal-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(i)
|
dokumentazzjoni teknika li tirreferi għall-kwantità ta' skart mill-imballaġġ miġbur li jintbagħat f'faċilitajiet ta' separazzjoni u riċiklaġġ;
|
|
(ii)
|
proċess ta' verifika li jippermetti lill-manifatturi jiksbu d-data meħtieġa mill-operaturi downstream li tiżgura li l-imballaġġ jiġi riċiklat fuq skala kbira.
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
Id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun disponibbli u faċilment aċċessibbli mill-pubbliku.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-granularità tad-data li jeħtieġ li tiġi rrapportata għall-metodoloġija għar-riċiklaġġ fuq skala kbira. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda t-Tabella 2 tal-Anness II u t-Tabella 3 tal-Anness XII biex tadattahom għall-iżvilupp tekniku u xjentifiku.
|
|
Artikolu 6 7
|
7. Sal-2035, il-Kummissjoni, abbażi tal-iżviluppi fit-teknoloġiji tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ, tista' tirrieżamina l-limiti minimi biex l-imballaġġ jitqies riċiklat fuq skala kbira u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tirrevedi l-limiti minimi.
|
|
Artikolu 6 8
|
8. Sabiex jiżdied il-livell ta' riċiklabbiltà tal-imballaġġ, 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif stabbiliti fl-Artikolu 45 għandhom jiġu modulati f'konformità mal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, kif stipulat fid-dettall fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif stabbiliti fl-Artikolu 45 fir-rigward tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 11, il-punt (g), ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tar-riċiklaġġ ta' dak l-imballaġġ.
|
|
Artikolu 6 9
|
9. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stipulat fl-Anness VII.
Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti integrati, il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklat fuq skala kbira għandha tinkludi l-komponenti integrati kollha. Għandha titwettaq valutazzjoni separata għal komponenti integrati li jistgħu jisseparaw minn xulxin permezz b'riżultat ta' stress mekkaniku waqt it-trasport jew is-separazzjoni.
Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti separati, il-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tad-disinn għar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklat fuq skala kbira għandha titwettaq b'mod separat għal kull komponent separat.
Il-komponenti kollha tal-unità tal-imballaġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-proċessi stabbiliti tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali u ma għandhomx ifixklu r-riċiklabbiltà tal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ.
|
|
Artikolu 6 10
|
10. B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, mill-1 ta' Jannar 2030, imballaġġ innovattiv li ma jikkonformax mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 2 jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sa 5 snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha kien tqiegħed fis-suq.
Meta jsir użu minn din id-deroga, l-operatur ekonomiku għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti qabel l-imballaġġ innovattiv jitqiegħed fis-suq u għandu jinkludi d-dettalji tekniċi kollha li juru li l-imballaġġ huwa imballaġġ innovattiv. Dik in-notifika għandha tinkludi skeda ta' żmien biex jintlaħqu r-rekwiżiti tar-riċiklat fuq skala kbira f'termini ta' ġbir u riċiklaġġ tal-imballaġġ innovattiv. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu s-sorveljanza tas-suq.
Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-imballaġġ mhuwiex imballaġġ innovattiv, l-operatur ekonomiku għandu jikkonforma mal-kriterji eżistenti tad-disinn għar-riċiklaġġ.
Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-imballaġġ huwa imballaġġ innovattiv, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni kif xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tan-natura innovattiva tal-imballaġġ u taġġorna jew tadotta atti delegati ġodda skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, kif xieraq.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq il-kwantità ta' imballaġġ imqiegħed fis-suq. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva bl-għan li temenda dak is-subparagrafu.
L-Istati Membri għandu jkollhom b'mod kontinwu l-għan li jtejbu l-infrastrutturi tal-ġbir u tas-separazzjoni għall-imballaġġ innovattiv b'benefiċċji ambjentali mistennija.
|
|
Artikolu 6 11
|
11. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (23), tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/6;
|
|
(b)
|
l-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt tal-apparati mediċi kopert mir-Regolament (UE) 2017/745;
|
|
(c)
|
l-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt tal-apparati mediċi in vitro kopert mir-Regolament (UE) 2017/746;
|
|
(d)
|
l-imballaġġ ta' barra kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (24), tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2019/6 f'każijiet fejn imballaġġ bħal dan ikun meħtieġ biex tintlaħaq konformità ma' rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott mediċinali;
|
|
(e)
|
l-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt għall-formula tat-trabi u l-formula ta' prosegwiment, l-ikel ipproċessat abbażi ta' ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013;
|
|
(f)
|
l-imballaġġ użat għat-trasport ta' oġġetti perikolużi skont id-Direttiva 2008/68/KE;
|
|
(g)
|
l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul minn injam ħafif, sufra, tessuti, gomma, ċeramika, porċellana jew xama'; madankollu, il-paragrafu 8 għandu japplika għal tali imballaġġ.
|
|
|
Artikolu 6 12
|
12. Sal-1 ta' Jannar 2035, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-eċċezzjonijiet skont il-paragrafu 11, filwaqt li tqis, mill-inqas, l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ u l-esperjenza prattika miksuba mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-kontinwazzjoni ta' dawk l-eċċezzjonijiet u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|