+Artikolu 6 10

Artikolu 6 10

10.   B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, mill-1 ta' Jannar 2030, imballaġġ innovattiv li ma jikkonformax mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 2 jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sa 5 snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha kien tqiegħed fis-suq.

Meta jsir użu minn din id-deroga, l-operatur ekonomiku għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti qabel l-imballaġġ innovattiv jitqiegħed fis-suq u għandu jinkludi d-dettalji tekniċi kollha li juru li l-imballaġġ huwa imballaġġ innovattiv. Dik in-notifika għandha tinkludi skeda ta' żmien biex jintlaħqu r-rekwiżiti tar-riċiklat fuq skala kbira f'termini ta' ġbir u riċiklaġġ tal-imballaġġ innovattiv. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu s-sorveljanza tas-suq.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-imballaġġ mhuwiex imballaġġ innovattiv, l-operatur ekonomiku għandu jikkonforma mal-kriterji eżistenti tad-disinn għar-riċiklaġġ.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-imballaġġ huwa imballaġġ innovattiv, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tan-natura innovattiva tal-imballaġġ u taġġorna jew tadotta atti delegati ġodda skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq il-kwantità ta' imballaġġ imqiegħed fis-suq. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva bl-għan li temenda dak is-subparagrafu.

L-Istati Membri għandu jkollhom b'mod kontinwu l-għan li jtejbu l-infrastrutturi tal-ġbir u tas-separazzjoni għall-imballaġġ innovattiv b'benefiċċji ambjentali mistennija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.