13. Meta n-nuqqas ta' disponibbiltà jew prezzijiet eċċessivi ta' plastik riċiklat speċifiku jagħmel il-konformità mal-perċentwali minimi ta' kontenut riċiklat stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu eċċessivament diffiċli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda dawk il-paragrafi billi taġġusta l-perċentwali minimi kif xieraq. Fl-evalwazzjoni ta' jekk tali aġġustament huwiex xieraq, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom jiġu akkumpanjati minn informazzjoni u data rilevanti dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur u l-aħjar evidenza disponibbli dwar ir-riskji relatati għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew tal-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali att delegat biss f'każijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm effetti negattivi serji għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew għall-ambjent.