+Artikolu 9 Imballaġġ kompostabbli
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
|
Artikolu 9 Imballaġġ kompostabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. B'deroga mill-Artikolu 6(1), sat-12 ta’ Frar 2028, meta l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (1)(f), u tikketti li jwaħħlu mwaħħla mal-frott u l-ħxejjex jitqiegħdu fis-suq, dak l-imballaġġ u tikketti li jwaħħlu għandhom ikunu kompatibbli mal-istandard għall-ikkompostjar f'kundizzjonijiet ikkontrollati industrijalment f'faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart u għandhom ikunu kompatibbli, meta meħtieġ mill-Istati Membri, mal-istandards tal-ikkompostjar domestiku msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. B'deroga mill-Artikolu 6(1), meta l-Istati Membri jippermettu li l-iskart bi proprjetajiet simili ta' bijodegradabbiltà u kompostabbiltà bħall-bijoskart skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/98/KE jinġabar flimkien mal-bijoskart u jkunu disponibbli skemi xierqa ta' ġbir tal-iskart u infrastruttura għat-trattament tal-iskart biex jiġi żgurat li l-imballaġġ kompostabbli jidħol fil-fluss tal-immaniġġar tal-bijoiskart, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-imballaġġ li ġej għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tagħhom għall-ewwel darba biss jekk l-imballaġġ ikun kompostabbli:
|
(a)
|
l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (1)(g) magħmul minn materjal li mhuwiex metall, basktijiet tal-plastik ħfief ħafna u basktijiet tal-plastik ħfief;
|
|
(b)
|
l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu li għalih l-Istat Membru diġà kien jeħtieġ li jkun kompostabbli qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Sat-12 ta’ Frar 2028, l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, inkluż l-imballaġġ magħmul minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli u minn materjali bijodegradabbli oħra, għandu jkun diżinjat għar-riċiklaġġ tal-materjal f'konformità mal-Artikolu 6 mingħajr ma tiġi affettwata r-riċiklabbiltà ta' flussi oħra tal-iskart.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu għandha tintwera fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmi fl-Anness VII.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. Il-Kummissjoni tista' tanalizza jekk għandux jiġi inkluż imballaġġ ieħor fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jekk ġustifikat u xieraq minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji li jaffettwaw l-eliminazzjoni tal-imballaġġ kompostabbli u fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. Sat-12 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju jew jaġġornaw l-istandards armonizzati li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tar-rekwiżiti dwar l-imballaġġ kompostabbli. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha titlob li, f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, jitqiesu parametri bħall-ħinijiet ta' żamma, it-temperaturi u t-tħawwid, li jirriflettu l-kundizzjonijiet reali fil-kompost fid-dar u fil-faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart, inkluż il-proċessi ta' diġestjoni anaerobika. Il-Kummissjoni għandha titlob li dawk l-istandards jinkludu verifika li l-imballaġġ kompostabbli f'dekompożizzjoni bijoloġika soġġetta għall-parametri speċifikati fl-aħħar jirriżulta f'konverżjoni għal diossidu tal-karbonju jew, fin-nuqqas ta' ossiġenu, għal metan, u mluħa minerali, bijomassa u ilma.
Sat-12 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha wkoll titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju standards armonizzati li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tar-rekwiżiti dwar l-kompostabblita’ domestika tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|