3. Meta distributur, qabel ma jqiegħed għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq, iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 jew li l-manifattur jew l-importatur ma jkunx qiegħed jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) u fl-Artikolu 18(3), rispettivament, id-distributur ma għandux iqiegħed għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq sakemm dan ma jkunx sar konformi jew sakemm il-manifattur jew l-importatur ma jikkonformax.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li imballaġġ, kemm vojt jew bi prodott, ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.