6. Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha li jkollhom aċċess għalihom u li huma rilevanti biex tintwera l-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma elettronika u, fuq talba, f'forma stampata.
Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.