4. Sat-12 ta’ Frar 2028, l-operaturi ekonomiċi li jimlew l-imballaġġ għall-bejgħ għandhom jiżguraw li l-ispazju vojt jitnaqqas għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż il-protezzjoni tal-prodott. Il-proporzjon ta' spazju vojt għall-imballaġġ għall-bejgħ għandu jfisser id-differenza bejn il-volum intern totali tal-imballaġġ għall-bejgħ u l-volum tal-prodott fl-imballaġġ.
Għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità ma' dan il-paragrafu, l-ispazju mimli b'materjali tal-mili, bħal pereżempju biċċiet tal-karti mqatta', kuxxini tal-arja, folji tal-bżieżaq għat-tgeżwir, fillers sponża, fillers tal-fowm, ċana għall-mili, polistiren jew laqx tal-iStyrofoam, għandu jitqies bħala spazju vojt.
Għall-imballaġġ għall-bejgħ għal prodotti li huma soġġetti li jinżlu fil-qiegħ matul it-trasport jew fejn ikun meħtieġ spazju vojt fuqani biex jiġi protett il-prodott tal-ikel, jew prodotti oħra li jippreżentaw dawn il-karatteristiċi:
|
(a)
|
il-konformità ma' dan il-paragrafu għandha tiġi vvalutata bħala l-livell tal-mili tal-imballaġġ fil-ħin tal-mili;
|
|
(b)
|
l-arja bejn oġġett tal-ikel fl-imballaġġ jew ġo fih jew gassijiet protettivi ma għandhomx jitqiesu bħala spazju vojt.
|