1. L-operaturi ekonomiċi li joffru l-possibbiltà li l-prodotti jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid għandhom jinformaw lill-utenti finali b'dan li ġej (“regoli għall-mili mill-ġdid”):
|
(a)
|
it-tipi ta' kontenituri li jistgħu jintużaw biex jinxtraw il-prodotti offruti permezz tal-mili mill-ġdid;
|
|
(b)
|
l-istandards tal-iġjene għall-mili mill-ġdid;
|
|
(c)
|
ir-responsabbiltà tal-utent finali fir-rigward tas-saħħa u tas-sikurezza fir-rigward tal-użu tal-kontenituri msemmija fil-punt (a).
|
Ir-regoli għall-mili mill-ġdid għandhom jiġu aġġornati regolarment u għandhom jew jintwerew b'mod ċar fuq il-post inkella jiġu pprovduti mod ieħor lill-utenti finali.