+Artikolu 29 19

Artikolu 29 19

19.   Sal-1 ta' Jannar 2034, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġija l-aktar avvanzata u l-esperjenza prattika miksuba mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jirrevedi l-implimentazzjoni tal-miri għall-2030 stipulati f'dan l-Artikolu. F'dak ir-rapport, hija għandha tevalwa, inkluż mill-perspettiva tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-imballaġġ li jintuża darba biss u riutilizzabbli, dan li ġej:

(a)

il-punt sa fejn il-miri għall-2030 wasslu għal soluzzjonijiet li jrawmu imballaġġ sostenibbli li huma effettivi u faċli biex jiġu implimentati;

(b)

il-fattibbiltà tal-kisba tal-miri stabbiliti għall-2040 abbażi tal-esperjenza fil-kisba tal-miri għall-2030 u ċ-ċirkostanzi li qed jevolvu;

(c)

ir-rilevanza taż-żamma tal-eżenzjonijiet u d-derogi stipulati f'dan l-Artikolu; u

(d)

il-ħtieġa jew il-pertinenza li jiġu stabbiliti miri ġodda għall-użu mill-ġdid u l-mili mill-ġdid ta' kategoriji oħra tal-imballaġġ.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjiegi. Fejn xieraq, mar-rapport għandu jkun hemm proposta leġiżlattiva li temenda dan l-Artikolu, speċjalment il-miri għall-2040. Sa Diċembru 2032, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjiegi relatata mal-implimentazzjoni tal-miri tal-użu mill-ġdid fit-territorji nazzjonali tagħhom. Qabel ma jippreżentaw id-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lis-sħab soċjali nazzjonali li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lill-impjegaturi fis-setturi koperti mill-miri għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.