+Artikolu 37 2

Artikolu 37 2

2.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jew:

(i)

ma tkun ġiet ippubblikata ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(ii)

l-istandard eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti li t-talba għandha l-għan li tkopri; u

(b)

il-Kummissjoni talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza jew tirrevedi standard armonizzat għar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 ta' dan ir-Regolament u jew:

(i)

it-talba ma ġiet aċċettata minn l-ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li t-talba tkun ġiet indirizzata lilhom; jew

(ii)

it-talba tkun ġiet aċċettata minn tal-anqas waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li t-talba tkun ġiet indirizzata lilhom, iżda l-istandards armonizzati mitluba:

—

ma jiġux adottati sal-iskadenza stabbilita fit-talba,

—

ma jikkonformawx mat-talba, jew

—

ma humiex kompletament allinjati mar-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.