+Artikolu 46 Organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi
---+Artikolu 46 1
---+Artikolu 46 2
---+Artikolu 46 3
---+Artikolu 46 4
---+Artikolu 46 5
|
Artikolu 46 Organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1
|
1. Il-produtturi jistgħu jinkarigaw organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 47 bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isimhom. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jobbligaw l-inkarigu ta' organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi bl-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
|
|
Artikolu 46 2
|
2. Meta, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, waħda jew aktar, ikunu awtorizzati jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjoni jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-produtturi li ma jkunux inkarigaw organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, meta jitqiesu flimkien, ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet f'konformità mal-Artikolu 47(3) u l-Artikoli 48 u 50. L-Istati Membri għandhom jaħtru parti terza indipendenti biex tissorvelja t-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi b'mod ikkoordinat jew għandhom jinkarigaw lill-awtorità kompetenti b'tali sorveljanza.
|
|
Artikolu 46 3
|
3. L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data fil-pussess tagħhom fir-rigward tal-informazzjoni proprjetarja jew tal-informazzjoni direttament attribwibbli lill-produtturi individwali jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.
|
|
Artikolu 46 4
|
4. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(3), il-punt (e), tad-Direttiva 2008/98/KE, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, mill-inqas darba fis-sena, informazzjoni dwar il-kwantità tal-imballaġġ, inkluż imballaġġ ta' prodotti fl-imballaġġ, li tqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, jew spakkjati minn produttur mingħajr ma jkun l-utent finali, u dwar il-livelli tal-materjali rkuprati u riċiklati fir-rigward tal-kwantità tal-imballaġġ li għalih kienu qegħdin iwettqu l-obbligi tar-responsabbiltà tal-produttur.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli għall-organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, mill-inqas darba fis-sena, informazzjoni dwar il-livelli tal-materjali rkuprati u riċiklati fir-rigward tal-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat fit-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 46 5
|
5. L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-produtturi irrispettivament mill-oriġini jew mid-daqs tagħhom, mingħajr ma jqiegħdu piż sproporzjonat fuq il-produtturi ta' kwantitajiet żgħar ta' imballaġġ, inkluż imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, inkluż intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|