2. Meta, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, waħda jew aktar, ikunu awtorizzati jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjoni jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-produtturi li ma jkunux inkarigaw organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, meta jitqiesu flimkien, ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet f'konformità mal-Artikolu 47(3) u l-Artikoli 48 u 50. L-Istati Membri għandhom jaħtru parti terza indipendenti biex tissorvelja t-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi b'mod ikkoordinat jew għandhom jinkarigaw lill-awtorità kompetenti b'tali sorveljanza.