11. L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd bħala skart riċiklat mill-Istat Membru li fih inġabar, biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u jekk, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jew ir-Regolament (UE) 2024/1157, kif applikabbli, l-esportatur jipprovdi prova dokumentarja li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament, inkluż li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ f'pajjiż terz sar f'kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.