1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti servizz wieħed jew aktar tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, sabiex jippermettu lill-persuni fiżiċi jaċċessaw id-data elettronika personali dwar is-saħħa u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom previsti fl-Artikoli 3 u 5 sa 10. Tali servizzi ta’ aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għandhom ikunu mingħajr ħlas għall-persuni fiżiċi u r-rappreżentanti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.