+Artikolu 4 Servizzi tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għall-persuni fiżiċi u r-rappreżentanti tagħhom
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5

Artikolu 4 Servizzi tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għall-persuni fiżiċi u r-rappreżentanti tagħhom

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti servizz wieħed jew aktar tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, sabiex jippermettu lill-persuni fiżiċi jaċċessaw id-data elettronika personali dwar is-saħħa u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom previsti fl-Artikoli 3 u 5 sa 10. Tali servizzi ta’ aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għandhom ikunu mingħajr ħlas għall-persuni fiżiċi u r-rappreżentanti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti servizz ta’ prokura wieħed jew aktar bħala funzjonalità tas-servizzi tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa li jippermettu:

(a)

lil persuni fiżiċi jawtorizzaw lil persuni fiżiċi oħra tal-għażla tagħhom li jaċċessaw id-data elettronika personali tagħhom dwar is-saħħa, parti minnha, f’isimhom għal perjodu limitat jew mingħajr limitu u, jekk meħtieġ, għal għan speċifiku biss, jew li jiġġestixxu dawk l-awtorizzazzjonijiet; and

(b)

rappreżentanti legali tal-persuni fiżiċi biex jaċċessaw data elettronika personaki dwar is-saħħa ta’ dawk il-persuni fiżiċi li huma jamministraw l-affarijiet tagħhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u, azzjonijiet ta’ gwardjani u rappreżentanti legali oħrajn.

Artikolu 4 3

3.   Is-servizzi ta’ prokura msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jipprovdu awtorizzazzjonijiet b’mod trasparenti u li jinftiehem faċilment, mingħajr ħlas, u elettroniku jew fuq karta. Il-persuni fiżiċi u r-rappreżentatni tagħhom għandhom jiġu infurmati dwar id-drittijiet ta’ awtorizzazzjoni tagħhom, inkluż dwar kif jeżerċitaw dwak id-drittijiet, u dwar il-proċess ta’ awtorizzazzjoni.

Is-servizzi ta’ prokura għandhom jipprovdu mekkaniżmu faċli għall-ilmenti għall-persuni fiżiċi.

Artikolu 4 4

4.   Is-servizzi ta’ prokura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu interoperabbli fost l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ prokura tal-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Artikolu 4 5

5.   Is-servizzi ta’ aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa u s-servizzi ta’ prokura għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà, il-gruppi vulnerabbli u l-persuni b’livell baxx ta’ litteriżmu diġitali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.